|
Wara numru ta’ xhur ta’ preparamenti, lejn l-ahhar tas-sena 2008 giet iffuramta l-Big Friends Guggen Musik fuq inizjattiva personali tas-Sur Saviour Spiteri. Din hija l-ewwel band tax-xorta taghha f’pajjizna u diga qed tikseb popolarita’ u interess kbir.
Dawn it-tip ta’ bands huma maghrufa bhala Guggen Bands. Il-kelma Guggen Band gejja mill-frazi Guggen Musik li tfisser muzika ferrihija. L-ewwel forma ta’ guggen band twaqqfet f’Basle l-Isvizzera fl-1948 u maz-zmien infirxu mal-kumplament tal-Isvizzera, il-Germanja u f’diversi pajjizi Ewropej.
Bhal kull Guggen band ohra, il-Big Friends Guggen Musik band hija maghmula minn strumenti tal-brass u perkussjoni. Fost l-istrumenti li jindaqqu mit-32 muzicista ta’ din il-band insibu trumpets, trombones,euphoniums, sousaphone, cimblu, tamburetti u numru ta’ drum-kits li jimxu bir-roti. Ma’ dawn wiehed irid izid ukoll ‘il hafna strumenti tal-perkussjoni ohra li jindaqqu f’din il-guggen band. Kull muzicist ikun liebes kostum addattat ghall-attivita li l-band tkun qed tiehu sehem fiha.
Matul il-ftit xhur li ilha mwaqqfa, il-Big Friends Guggen Musik band diga’ tat is-sehem taghha f’diversi attivitajiet f’Malta u anke barra minn xtutna. Fil-fatt, l-ewwel impenn tal- band kien fl-Emirati Gharab Maghquda fl-ahhar ta’ Novembru wara li giet mistiedna mill-Gvern tal-istess pajjiz biex tiehu sehem fic-celebrazzjonijiet tal-festi nazzjonali fl-okkazjoni tas-sebgha u tletin anniversarju minn mindu l-U.A.E kisbet l-Indipenza taghha. Ta’ min jghid illi s-sehem tal-band gewwa l-Emirati Gharab Maghquda kien wiehed ta’ success kbir u kien jinkludi shows f’kull Emirat fosthom Abu Dhabi, Dubai u Sharjah.
Ma’ jonqosx is-sehem tal-band fil-granet tal-Milied. Fost l-attivitajiet li l-band giet mistiedna tati s-sehem taghha insemmu l-Christmas Village gewwa ta’ Qali, il-Birgu Carols by Candle Light, Christmas Parades gewwa l-Mosta, Paola,Bugibba, Mtarfa, Bormla, Marsaxlokk u l-Gharb Ghawdex. Hadet sehem ukoll fil-parata tal-Istrina li saret fil-belt Valletta. Ghal dawn l-attivitajiet il-band zanznet sett ta’ kostumi godda li jintlibsu minn kull muzicista. F’kull attivita l-band gibdet l-attenzjoni u holqot l-interess tal-pubbliku prezenti mhux biss minnhabba d-dehra unika tal-band izda wkoll minnhabba l-istil ta’ muzika li tindaqq.
Fir-ripertorju tal-band insibu muzika popolari u ferrihija li tindaqq skond iz-zmien taghha. Fil-fatt, ghal-zmien il-festi tal-Milied, il-band zanznet sett gdid ta’ arrangamenti ta’ carols popolari. L-arrangamenti ghal din il-band saru minn Mro.Charles Mizzi, Mro.Ray Sciberras u Mro. Andrew Calleja.
Ta’ min jghid illi x-xoghol kollu relatat mal-band isir mill-muzicisti tal-istess band infushom kif ukoll minn familjari taghhom. Fost ix-xoghol li sar insemmu l-website tal-band, disinn tal-logo, hjata tal-kostumi, bini ta’ trolleys tal-hadid biex imexxu lid-drum kits waqt l-ezekuzzjonijiet tal-band, manutenzjoni tal-post fejn isiru r-rehearsals u hafna ohrajn.
Fi ftit ta’ zmien il-band tibda tipprepara ghas-sehem taghha fil-Karnival ta’ Malta 2009. Ghall-attivitajiet tal-Karnival hem mil-hsieb li jizzanznu kostumi godda u muzika gdida.
Is-Sur Saviour Spiteri, il-mohh ewlieni wara din il-band huwa wkoll konsulent ta’ diversi banded ewlenin f’pajjizna. Dawn jinkudu l-Banda San Gejtanu tal-Hamrun, is-Socjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae ta’ Haz-Zabbar, l-Ghaqda Muzikali Sant’Andrija ta’ Hal-Luqa, il-Banda Vittorja tan-Naxxar, is-Socjeta Filarmonika Mount Carmel tal-Gzira, il-Banda Santa Venera ta’ Santa Venera, is-Socjeta Filarmonica Santa Marija tal-Mosta,il-Banda Pompei ta’ Marsaxlokk, il-Banda San Pawl ta’ Hal-Safi, il-Banda San Guzepp ta’ l-Imsida, il-Banda Kristu Sultan ta’ Rahal Gdid, il-Banda San Pietru Fil-Ktajjen ta’ B’Bugia,il-Banda Marija Assunta ta’ H’Attard,il-Banda Lourdes ta’ Rahal Gdid, il-Banda Vizitazzjoni tal-Gharb Ghawdex u l-Banda Victory tax-Xaghra Ghawdex.
Barra minn hekk is-Sur Spiteri jmexxi wkoll il-Grupp Muzikali Trinita’ Qaddisa A.D. 1989. Dan il-grupp muzikali jiehu sehem f’diversi attivitajiet socjali, religjuzi, kulturali u sportivi u ha sehem f’diversi avvenimenti mportanti f’pajjizna fosthom fic-celebrazzjonijiet tal-Millennju fis-sena 2000 u fic-CHOGM 2005. Il- Grupp Muzikali Trinita’ Qaddisa siefer ukoll kemm –il darba barra minn xtutna. Walter Psaila
|